Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Qiegħed int tuża l-JW Library?

Qiegħed int tuża l-JW Library?

Il-JW Library hi app (softwer) b’xejn li tippermettilek tniżżel il-Bibbja u pubblikazzjonijiet oħra, vidjows, u programmi bl-awdjo fuq il-mowbajl, tablet, jew kompjuter tiegħek.

KIF TNIŻŻILHA: Mur fuq l-Internet u nstalla l-JW Library minn app store. Din l-app hi disponibbli għal diversi apparati. Waqt li tkun onlajn, iftaħ l-app u agħżel dak li tixtieq tniżżel fuq l-apparat tiegħek. Jekk m’għandekx Internet id-dar, forsi tistaʼ tagħmel dan fis-Sala tas-Saltna, minn librerija pubblika, jew minn xi kafetterija fil-viċin. Ladarba l-pubblikazzjonijiet ikunu ġew imniżżlin fl-apparat elettroniku tiegħek, m’għandekx għalfejn ikollok l-Internet biex tkun tistaʼ tidħol fihom. Peress li jiżdiedu affarijiet ġodda regolarment fuq il-JW Library, tagħmel tajjeb jekk minn żmien għal żmien tidħol fuq l-Internet u taġġornaha.

GĦALA GĦANDEK TNIŻŻILHA? Il-JW Library hija komda ħafna biex tagħmel studju persunali u ssegwi minn fuqha matul il-laqgħat tal-kongregazzjoni. Hi utli wkoll fil-ministeru, speċjalment meta tingħata xhieda b’mod informali.