GĦIX BĦALA KRISTJAN
“Dak li Alla għaqqad flimkien . . .”
Skont il-Liġi li Alla ta lil Mosè, raġel li kien qed jaħseb li jiddivorzja kellu jagħmel ċertifikat legali. Dan kien biex iżomm lura lil dak li jkun milli jaqbad u jġib iż-żwieġ tiegħu fix-xejn. Imma fi żmien Ġesù, il-mexxejja reliġjużi għamluha faċli biex dak li jkun jikseb id-divorzju. L-irġiel setgħu jiddivorzjaw lin-nisa tagħhom għal kull ħaġa taʼ xejn. (“ċertifikat taʼ tkeċċija” nota taʼ studju dwar Mk 10:4, nwtsty; “jiddivorzja lil martu,” “jagħmel adulterju kontriha” noti taʼ studju dwar Mk 10:11, nwtsty) Ġesù ġibed l-attenzjoni għall-fatt li ż-żwieġ hu arranġament approvat u stabbilit minn Ġeħova. (Mk 10:2-12) Raġel u mara kellhom isiru “ġisem wieħed” f’għaqda dejjiema. L-unika bażi Skritturali għal divorzju, skont ir-rakkont taʼ Mattew li jaqbel maʼ dak taʼ Marku, hi “ż-żína,” jiġifieri l-immoralità sesswali.—Mt 19:9.
Illum, ħafna nies iqisu ż-żwieġ rabta ċoff bħalma kienu jqisuh il-Fariżej, u mhux bħalma kien iqisu Ġesù. Meta jkun hemm il-problemi, in-nies fid-dinja malajr jaqbdu u jiddivorzjaw. Mill-banda l-oħra, il-koppji Kristjani jieħdu bis-serjetà l-wegħdi taż-żwieġ. Huma jagħmlu ħilithom biex jegħlbu d-diffikultajiet billi japplikaw il-prinċipji tal-Bibbja. Wara li tara l-vidjow L-imħabba u r-rispett jgħaqqdu lill-familji, wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
-
Kif tistaʼ tapplika Proverbji 15:1 fiż-żwieġ tiegħek, u għala hu importanti li tagħmel hekk?
-
Kif tistaʼ tevita l-problemi billi tapplika Proverbji 19:11?
-
Jekk qed taħseb li ż-żwieġ tiegħek wasal biex jintemm, minflok ma tikkunsidra jekk għandekx tiddivorzja, dwar liema mistoqsijiet għandek taħseb?
-
Kif tistaʼ tkun raġel jew mara miżżewġa aħjar billi tapplika Mattew 7:12?