Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kun Ippreparat Waqt l-​Aħħar tal-​Aħħar Jiem

Kun Ippreparat Waqt l-​Aħħar tal-​Aħħar Jiem

Hekk kif nissaportu l-​aħħar tal-​aħħar jiem, se nistennew li jiżdiedu l-​problemi. (2Ti 3:1; “uġigħ tal-ħlas” nota taʼ studju dwar Mt 24:8, nwtsty) Meta n-​nies taʼ Ġeħova jgħaddu minn diżastru, spiss huma jkunu rċivew istruzzjonijiet fil-​ħin li jgħinuhom jibqgħu safe. Biex jirnexxilna nibqgħu ħajjin dak iż-​żmien jiddependi minn kemm nobdu issa. Dan japplika kemm f’affarijiet spiritwali u kemm f’affarijiet bażiċi.—Lq 16:10.

  • Ipprepara b’mod spiritwali: Ara li jkollok rutina tajba. Ħu sehem f’tipi differenti taʼ service. Tippanikjax jekk għal xi ħin ma tkunx maʼ aħwa oħrajn. (Is 30:15) Dejjem se jkun hemm Ġeħova u Ġesù miegħek.—od 175 ¶15-​17

  • Ipprepara affarijiet bażiċi: Apparti l-​go bag, kull membru tal-​familja għandu jkollu ammont raġonevoli taʼ ikel, ilma, mediċina, u affarijiet oħra simili. Dan se jgħinek f’każ li jkun hemm bżonn li tibqaʼ f’post biex tkun protett għal żmien twil.—Pr 22:3; g17.5 46

ARA L-​VIDJOW PREPARAT INT GĦAL DIŻASTRU NATURALI? U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Kif nistgħu nkunu preparati f’sens spiritwali għal diżastru?

  • Għala għandna . . .

    • nżommu komunikazzjoni tajba mal-​anzjani?

    • nippreparaw go bag?

    • niċċekkjaw x’tipi taʼ diżastri jistgħu jiġru, u x’jistaʼ jsir f’kull sitwazzjoni?

  • X’inhuma tliet modi kif nistgħu ngħinu lil oħrajn meta jgħaddu minn diżastru?

SAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Mill-​pandemija tal-​COVID-​19, x’tgħallimt dwar li nkun preparat?’