IRSISTI FIL-MINISTERU | ŻID IL-FERĦ TIEGĦEK FIL-MINISTERU
Uża t-Tixbihat Biex Tgħallem Punti Prinċipali
Meta nagħmlu żjajjar lura jew studji tal-Bibbja, għandna ngħinu lill-istudenti jifhmu l-punti prinċipali. Meta nużaw eżempji biex infehmuhom il-punt, se nilħqulhom qalbhom u ngħinuhom biex jiftakru l-punt.
Int u tipprepara għal żjara lura jew studju tal-Bibbja, agħżel punti li trid titkellem dwarhom. Imma agħżel punti importanti, mhux dettalji żgħar. Imbagħad uża eżempji mill-ħajja taʼ kuljum biex tispjega xi punt. (Mt 5:14-16; Mk 2:21; Lq 14:7-11) Tinsiex il-background u minn xiex għaddej l-istudent tiegħek. (Lq 5:2-11; Ġw 4:7-15) Meta tarah jieħu pjaċir għax qed jifhem, int se tifraħ ukoll.
ARA L-VIDJOW ESPERJENZA L-FERĦ TAʼ LI TAGĦMEL DIXXIPLI—TEJJEB L-ABBILTAJIET TIEGĦEK—UŻA T-TIXBIHAT BIEX TGĦALLEM PUNTI PRINĊIPALI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
L-istudenti għala jaf ikollhom bżonn l-għajnuna biex jifhmu xi versi mill-Bibbja?
-
Neeta kif spjegat il-verità li nsibu f’Rumani 5:12?
-
Eżempji tajbin liema effett jistaʼ jkollhom fuq l-istudenti?
-
Fuq is-service, għala għandna nużaw vidjows u affarijiet oħra mill-Kaxxa tal-Għodda tat-Tagħlim?