Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IRSISTI FIL-​MINISTERU | ŻID IL-​FERĦ TIEGĦEK FIL-​MINISTERU

Għallem b’Entużjażmu

Għallem b’Entużjażmu

L-​entużjażmu jittieħed. Meta nkunu entużjasti, in-​nies iktar jagħtu kas. Apparti minn hekk, juri li napprezzaw il-​messaġġ tagħna. Huma x’inhuma l-​background u l-​personalità tagħna, dejjem nistgħu nuru l-​entużjażmu. (Rum 12:11) Kif?

L-​ewwel, aħseb dwar kemm hu importanti l-​messaġġ li qed tagħti. Int għandek il-​privileġġ li ‘xxandar aħbar tajba t’affarijiet tajbin!’ (Rum 10:15) It-​tieni, aħseb dwar kemm l-​aħbar tajba se tgħin lil dawk li jisimgħuk. Huma vera għandhom bżonn jisimgħu dak li qed tgħidilhom. (Rum 10:13, 14) It-​tielet, tkellem biż-​żelu billi tuża ġesti u espressjonijiet tal-​wiċċ naturali.

ARA L-​VIDJOW ESPERJENZA L-​FERĦ TAʼ LI TAGĦMEL DIXXIPLI—TEJJEB L-​ABBILTAJIET TIEGĦEK—GĦALLEM B’ENTUŻJAŻMU, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Neeta għala tilfet l-​entużjażmu għall-​istudju tal-​Bibbja taʼ Jade?

  • X’għen lil Neeta biex terġaʼ turi l-​entużjażmu?

  • L-​entużjażmu jittieħed

    Għala għandna niffokaw fuq il-​kwalitajiet tajbin taʼ dawk li qed jisimgħuna?

  • L-​entużjażmu li nuru, kif jistaʼ jeffettwa lill-​istudenti tal-​Bibbja u oħrajn?