Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Uri l-​Imħabba fil-​Familja

Uri l-​Imħabba fil-​Familja

L-​imħabba hi bħal kolla li tgħaqqad il-​familja. Mingħajr l-​imħabba, familja tbati biex tibqaʼ magħquda u taħdem flimkien. L-​irġiel, in-​nisa, u l-​ġenituri, kif juru l-​imħabba fil-​familja?

Raġel li jħobb lill-​mara tiegħu jqis il-​bżonnijiet tagħha, kif taħsibha, u kif tħossha. (Ef 5:28, 29) Hu se jagħti lill-​familja dak li għandhom bżonn u se jgħinhom ikunu eqreb taʼ Ġeħova. Dan jinkludi l-​Qima Bħala Familja b’mod regulari. (1Ti 5:8) Mara li tħobb lil żewġha se tkun sottomessa lejh u turih ‘rispett kbir.’ (Ef 5:22, 33; 1Pt 3:1-​6) It-​tnejn li huma jridu jkunu lesti li jaħfru lil xulxin. (Ef 4:32) Ġenituri li jħobbu lit-​tfal tagħhom juru interess persunali f’kull wieħed minnhom u jgħallmuhom iħobbu lil Ġeħova. (Dt 6:6, 7; Ef 6:4) It-​tfal xi problemi jiffaċċjaw l-​iskola? Kif qed ikampaw mal-​pressjoni minn dawk taʼ madwarhom? Meta jkun hemm imħabba kbira fil-​familja, kulħadd iħossu protett u safe.

ARA L-​VIDJOW KOMPLI URI MĦABBA FIL-​FAMILJA TIEGĦEK, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Raġel li jħobb lill-​mara tiegħu, kif jieħu ħsiebha u japprezzaha?

  • Mara li tħobb lil żewġha, kif turi li għandha rispett kbir lejh?

  • Ġenituri li jħobbu lit-​tfal tagħhom, kif jgħallmuhom il-​Kelma t’Alla?