GĦIX BĦALA KRISTJAN
Id-Dixxiplina Hi Mħabba minn Ġeħova
Id-dixxiplina tintuża l-iktar biex tgħallem. Imma tintuża wkoll biex niġu kkoreġuti u mwiddbin. Ġeħova jiddixxiplinana biex inkunu nistgħu naqduh kif jixtieq hu. (Rum 12:1; Ebr 12:10, 11) Kultant hu diffiċli li taċċetta d-dixxiplina. Imma dan jgħinek biex togħġob lil Ġeħova u biex ibierkek. (Pr 10:7) Xi jridu jiftakru dawk li jagħtu u jirċievu d-dixxiplina?
Min jagħti d-dixxiplina. L-anzjani, il-ġenituri, u oħrajn jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex jagħtu d-dixxiplina b’qalb tajba u bi mħabba bħalma jagħmel Ġeħova. (Ġer 46:28) Anki jekk id-dixxiplina tkun serja ħafna, trid tingħata skont il-bżonn u bl-imħabba.—Tit 1:13.
Min jirċievi d-dixxiplina. Id-dixxiplina nirċivuha b’modi differenti. L-importanti hu li naċċettawha u napplikawha mal-ewwel. (Pr 3:11, 12) Peress li aħna imperfetti, kulħadd għandu bżonn id-dixxiplina. Nistgħu nirċivuha minn dak li naqraw mill-Bibbja jew minn dak li nisimgħu fil-laqgħat. U xi kultant ikun hemm bżonn dixxiplina mingħand kumitat ġudizzjali. Jekk naċċettaw u napplikaw id-dixxiplina, se jkollna ħajja aħjar u ngħixu għal dejjem.—Pr 10:17.
ARA L-VIDJOW “ĠEĦOVA JIDDIXXIPLINA LIL MIN IĦOBB,” U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Kif kienet il-ħajja taʼ Canon, u kif inbidlet?
-
X’dixxiplina rċieva bi mħabba mingħand Ġeħova?
-
X’tgħallimna l-esperjenza tiegħu?