GĦIX BĦALA KRISTJAN
“L-Imħabba . . . Ma Tithenniex bl-Inġustizzja”
F’kull ma jagħmlu, il-Kristjani veri jaraw li jkunu ggwidati mill-imħabba. L-imħabba “ma tithenniex bl-inġustizzja.” (1Ko 13:4, 6) Allura aħna nevitaw divertiment li jigglorifika affarijiet bħal immoralità u vjolenza. Ukoll, aħna ma nifirħux meta jiġru affarijiet ħżiena lil oħrajn, anke lil dawk li weġġgħuna.—Pr 17:5.
ARA L-VIDJOW FTAKAR KIF L-IMĦABBA ĠĠIB RUĦHA—MA TITHENNIEX BL-INĠUSTIZZJA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
David kif irreaġixxa meta sar jaf li Sawl u Ġonatan kienu mietu?
-
David liema għanja taʼ niket ikkompona għal Sawl u Ġonatan?
-
David għala ma feraħx bil-mewt taʼ Sawl?