Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Żomm ix-Xewqat Tiegħek Taħt Kontroll

Żomm ix-Xewqat Tiegħek Taħt Kontroll

Bħala nies imperfetti, irridu nikkontrollaw ix-​xewqat tagħna kontinwament. Jekk nagħmlu kull ma nixtiequ, nistgħu nitilfu l-​approvazzjoni taʼ Ġeħova. Pereżempju, xi wħud iħobbu l-​ikel, l-​ilbies, u d-​dar iktar milli jħobbu lil Alla. Oħrajn jissodisfaw ix-​xewqat sesswali tagħhom mingħajr ma jagħtu kas il-​livelli t’Alla. (Rum 1:26, 27) Jerġaʼ oħrajn iħallu lil persuni oħra jinfluwenzawhom biex jagħmlu dak li hu ħażin, biex b’hekk jiġu aċċettati u jintgħoġbu minnhom.—Eżo 23:2.

Kif nistgħu nikkontrollaw ix-​xewqat tagħna? Aħna għandna nagħmlu l-​aħjar li nistgħu biex niffokaw fuq l-​affarijiet spiritwali. (Mt 4:4) Ukoll, irridu nitolbu bil-​ħeġġa lil Ġeħova biex jgħinna nikkontrollaw ix-​xewqat tagħna. Għala? Għax hu jaf x’inhu l-​aħjar għalina u jaf kif jissodisfa x-​xewqat xierqa tagħna.—Sa 145:16.

ARA L-​VIDJOW TĦALLIX IT-​TIPJIP JEQRIDLEK ĦAJTEK, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Xi nies għala jpejpu?

  • It-​tipjip x’jistaʼ jagħmillek?

  • It-​tipjip u s-​sigaretti li jaħdmu bil-​batteriji (vaping) għala huma ħżiena?—2Ko 7:1

  • Int tistaʼ tirreżisti x-​xewqa li tpejjep!

    Kif tistaʼ tirrifjuta li tpejjep jew anke twaqqaf il-​vizzju?