Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Uża Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! Biex Tibni l-Fidi f’Ġeħova u f’Ġesù

Uża Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! Biex Tibni l-Fidi f’Ġeħova u f’Ġesù

Biex jogħġbu lil Alla, l-​istudenti tal-​Bibbja jridu jiżviluppaw fidi b’saħħitha. (Eb 11:6) Aħna nistgħu nilħqulhom qalbhom billi nużaw il-​ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! Dan il-​ktieb taʼ studju fih skritturi importanti, raġunar ċar, mistoqsijiet effettivi, vidjows li jimmotivaw, u stampi sbieħ. Billi ngħinu lill-​istudenti jiżviluppaw kwalitajiet Kristjani u ħbiberija m’Alla, aħna nkunu qed nibnu b’materjal li jiflaħ għan-​nar.—1Ko 3:12-​15.

Xi nies isibuha diffiċli biex jimmaġinaw li jkunu ħbieb m’Alla, li ma jistgħux jaraw. Għalhekk irridu ngħinuhom isiru jafu lil Ġeħova u jafdawh.

ARA L-​VIDJOW SAĦĦAĦ IL-​FIDI T’OĦRAJN F’ĠEĦOVA BILLI TUŻA “GĦIX ĦAJJA FERĦANA GĦAL DEJJEM!” U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Kif nafu li l-​oħt preparat sew għall-​istudju?

  • Kif użat xi mistoqsijiet oħrajn magħżulin tajjeb biex tgħin lill-​istudenta tesprimi l-​ħsibijiet tagħha u l-​mod kif tħossha dwar Isaija 41:10, 13?

  • Il-​vidjow u l-​versi tal-​Bibbja x’effett kellhom fuq l-​istudenta?

Ħafna nies ma jifhmuhiex il-​fidwa, jew ma jqisuhiex bħala rigal personali mingħand Alla. (Ga 2:20) B’hekk, irridu ngħinuhom jibnu fidi fis-​sagrifiċċju bħala fidwa taʼ Ġesù.

ARA L-​VIDJOW SAĦĦAĦ IL-​FIDI T’OĦRAJN F’ĠESÙ BILLI TUŻA “GĦIX ĦAJJA FERĦANA GĦAL DEJJEM!” U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Kif nafu li l-​ħu pprepara sew għall-​istudju?

  • Hu kif addatta l-​materjal fis-​sezzjoni “Ara Iżjed” biex jgħin lill-​istudent?

  • It-​talb għala huwa vitali għall-​istudent?