Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Int Preparat Biex Tiffaċċja Inkwiet Ċivili?

Int Preparat Biex Tiffaċċja Inkwiet Ċivili?

Hekk kif joqrob it-​tmiem taʼ din is-​sistema, aħna nistennew li l-​inkwiet ċivili, it-​terroriżmu, u l-​gwerer se jiżdiedu. (Ri 6:4) Kif nistgħu nippreparaw għal sfidi fil-​futur?

  • Ipprepara spiritwalment: Identifika prinċipji u rakkonti Bibliċi li jsaħħulek il-​fiduċja tiegħek f’Ġeħova u l-​organizzazzjoni tiegħu u li jgħinuk tibqaʼ newtrali. (Pr 12:5; jr 125-​126 ¶23-​24) Issa huwa ż-​żmien li tibni ħbiberiji b’saħħithom maʼ dawk fil-​kongregazzjoni.—1Pt 4:7, 8

  • Ipprepara fiżikament: Ippjana kif tistaʼ tibqaʼ sigur jekk ma tistax toħroġ mid-​dar u żomm ammont raġunevoli taʼ provvisti. Ukoll, agħmel pjan taʼ x’se tagħmel jekk ikollok titlaq mid-​dar. Iċċekkja x’għandek fil-​go bag, u inkludi fih ilbies taʼ protezzjoni u xi flus. Kun af kif tikkuntattja lill-​anzjani, u agħmel ċert li huma jafu kif jikkuntattjaw lilek.—Is 32:2; g17.5 3-​7

Fi żmien it-​taqlib, żomm ir-​rutina spiritwali tiegħek. (Flp 1:10) Evita li tmur minn post għall-​ieħor sakemm dan ma jkunx neċessarju. (Mt 10:16) Aqsam m’oħrajn l-​ikel u affarijiet oħra.—Rum 12:13.

ARA L-​VIDJOW PREPARAT INT GĦAL XI DIŻASTRU? U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Ġeħova kif jistaʼ jgħinna fi żmien taʼ diżastru?

  • X’passi prattiċi nistgħu nieħdu biex nippreparaw?

  • Kif nistgħu ngħinu lil oħrajn li huma affettwati minn diżastri?