GĦIX BĦALA KRISTJAN
Qed Tismaʼ l-Bibbja bl-Awdjo?
X’inhi l-Bibbja bl-awdjo? Il-Bibbja bl-awdjo hija rekording tat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida riveduta. Din qed toħroġ ftit ftit f’kemm jistaʼ jkun lingwi. Waħda mill-affarijiet sbieħ li għandha l-Bibbja bl-awdjo hi li kull karattru tal-Bibbja għandu vuċi differenti. Il-kliem jinqara b’enfasi u b’emozzjoni biex iwassal il-messaġġ tal-Bibbja b’mod eżatt.
Il-Bibbja bl-awdjo kif qed tgħin lil min jużaha? Ħafna li jisimgħu l-Bibbja bl-awdjo japprezzaw li tgħinhom jidħlu fir-rakkont. Peress li kull karattru jinqara minn persuna differenti, huma jifhmu r-rakkont tal-Bibbja aħjar u jifhmu iktar x’hemm miktub. (Pr 4:5) U hemm oħrajn li meta jisimgħu l-Bibbja bl-awdjo, tikkalmahom meta jħossuhom anzjużi.—Sa 94:19.
Meta nisimgħu l-Kelma t’Alla tinqara, jistaʼ jkollha effett kbir f’ħajjitna. (2Kr 34:19-21) Il-Bibbja bl-awdjo, jew parti minnha, hi disponibbli b’lingwa li tifhimha? Jekk iva, tistaʼ tipprova tismagħha bħala parti mir-rutina spiritwali tiegħek?
ARA L-VIDJOW KIF ISSIR IL-BIBBJA BL-AWDJO—PARTI MILL-VIDJOW, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJA LI ĠEJJA:
X’jogħġbok l-iktar minn kif issir il-Bibbja bl-awdjo?