Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ġeħova Hu ‘Missier għal Dawk Bla Missier’

Ġeħova Hu ‘Missier għal Dawk Bla Missier’

Kull sena, ħafna żgħażagħ isiru ħbieb taʼ Ġeħova. (Sa 110:3) Ġeħova jimpurtah ħafna minn kull wieħed u waħda minnkom. Hu jifhem il-problemi li tiffaċċjaw u jwegħedkom li se jgħinkom taqduh. Jekk int tgħix maʼ ġenitur wieħed, ftakar li Ġeħova hu ‘missier għal dawk bla missier.’ (Sa 68:5, ntt.) Bit-trejning li jtik Ġeħova, int se tirnexxi hi x’inhi s-sitwazzjoni tiegħek.—1Pt 5:10.

ARA L-VIDJOW AĦWA LI QED IŻOMMU FIDI SODA—DAWK LI GĦANDHOM ĠENITUR WIEĦED, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • X’titgħallem mill-eżempji taʼ Tammy, Charles, u Jimmy?

  • X’wegħda sabiħa hemm f’​Salm 27:10 għal dawk li qed jgħixu maʼ ġenitur wieħed?