GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ħu Pjaċir Meta Tibda Konversazzjoni
Meta tibda konversazzjoni informali maʼ xi ħadd, se tieħu pjaċir u huwa wieħed mill-aħjar modi li bih tistaʼ tagħti xhieda tajba. Però, jekk noqogħdu naħsbu kif ħa nintroduċu ħsieb mill-Bibbja, nistgħu nispiċċaw nibżgħu. Għalhekk, tiffokax ħafna fuq li tagħti xhieda imma fuq li turi interess personali. (Mt 22:39; Flp 2:4) Jekk waqt konversazzjoni jkollok l-opportunità biex titkellem dwar il-verità, hemm ħafna affarijiet li jistgħu jgħinuk.
Dawn l-għodod kif jistgħu jgħinuk jekk waqt konversazzjoni jkollok l-opportunità tagħti xhieda?
ARA L-VIDJOW “IL-ĦADID ISINN IL-ĦADID”—KIF NIBDEW KONVERSAZZJONI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJA LI ĠEJJA:
Liema tliet punti jistgħu jgħinuk tibda konversazzjoni aħjar?