GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ipproteġi Lilek Innifsek mill-Apostasija
Satana u dawk taħt l-influwenza tiegħu spiss iħalltu l-verità mal-gideb biex idgħajfulna l-fidi. (2Ko 11:3) Pereżempju, l-Assirjani qalu nofs verità u gideb biex jiskuraġġixxu lin-nies taʼ Ġeħova. (2Kr 32:10-15) L-apostati l-istess ħaġa jagħmlu llum. Kif għandna nirreaġixxu għal dak li jgħidu l-apostati? Dak li jgħidu hu valenu! Allura qatt taqra, twieġeb, jew tirrepeti dak li jgħidu. Tgħallem agħraf malajr jekk l-informazzjoni hix tqajjem dubju dwar Ġeħova u l-organizzazzjoni tiegħu. Jekk iva, irrifjutaha!—Ġd 3, 4.
ARA L-VIDJOW ‘IĠĠIELDU BL-AĦRAX GĦALL-FIDI’!—PARTI MILL-VIDJOW, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Għala għandna noqogħdu attenti minn dak li jgħidu n-nies fuq l-Internet?
-
Il-parir li nsibu f’Rumani 16:17 kif jistaʼ jgħinna?