Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Int Preparat għal Kriżi Ekonomika?

Int Preparat għal Kriżi Ekonomika?

Aħna ma niħduhiex bi kbira meta l-affarijiet li jiġru madwar id-dinja jġibu kriżi ekonomika. Għala le? Għax aħna qed ngħixu fl-aħħar tal-aħħar jiem u l-Bibbja tavżana biex ma nafdawx f’affarijiet li se jispiċċaw. (1Ti 6:17; 2Ti 3:1) L-eżempju tar-Re Ġeħosafat x’jgħallimna dwar li nkunu lesti għal kriżi ekonomika?

Ġeħosafat wera fiduċja f’Ġeħova meta kien se jiġi attakkat mill-għedewwa. (2Kr 20:9-12) Ukoll, hu pprepara minn qabel billi saħħaħ il-bliet u qiegħed gruppi taʼ suldati f’postijiet differenti. (2Kr 17:1, 2, 12, 13) Bħal Ġeħosafat, irridu nafdaw f’Ġeħova u nippreparaw għal żminijiet diffiċli.

ARA L-VIDJOW PREPARAT INT GĦAL XI DIŻASTRU? U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • X’nistgħu nagħmlu biex inkunu preparati għal diżastru?

  • Kif nistgħu nippreparaw biex ngħinu lil oħrajn?