Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ara Lilek Innifsek Bħalma Jarak Ġeħova

Ara Lilek Innifsek Bħalma Jarak Ġeħova

“Ġeħova jieħu pjaċir bil-poplu tiegħu.” (Sa 149:4) Għalkemm aħna imperfetti, hu jara l-kwalitajiet tajbin tagħna u dak li kapaċi nagħmlu fil-futur. Imma kultant forsi nsibuha diffiċli biex naraw il-kwalitajiet tajbin tagħna stess. Jaf inħossuna li ma niswew għalxejn minħabba kif jittrattawna oħrajn. Jew jekk niffokaw fuq l-iżbalji li għamilna, jaf niddubitaw jekk Ġeħova jħobbniex. X’jistaʼ jgħinna meta nħossuna hekk?

Ftakar li Ġeħova jara “x’hemm fil-qalb.” (1Sa 16:7) Allura dan ifisser li hu jara fina dak li aħna stess ma nistgħux naraw. Imma nistgħu nifhmu kif jarana Ġeħova permezz tal-Bibbja. Dan jidher f’versi u rakkonti tal-Bibbja li juru kemm Ġeħova jħobb lill-qaddejja tiegħu.

ARA L-VIDJOW KUN ĊERT LI ĠEĦOVA JĦOBBOK, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • L-eżempju tat-tifel f’tellieqa u missieru x’jgħallimna dwar Ġeħova?

  • Jekk persuna għamlet dnub serju imma għamlet dak li hemm bżonn biex tirranġa l-ħbiberija tagħha maʼ Ġeħova, x’tistaʼ tagħmel biex tkun ċerta li Ġeħova jħobbha?—1Ġw 3:19, 20

  • Meta l-ħu qara u mmedita fuq l-eżempji taʼ David u Ġeħosafat, kif għenuh?