Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

27 taʼ Mejju-2 taʼ Ġunju

SALM 42-44

27 taʼ Mejju-2 taʼ Ġunju

Għanja 86 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. Applika Dak li Jgħallimna Ġeħova

(10 min.)

Aqdi lil Ġeħova mal-aħwa, jekk hu possibbli b’mod fiżiku (Sa 42:​4, 5; w06 6/1 9 ¶4)

Itlob qabel tistudja l-Kelma t’Alla (Sa 42:8; w12 1/15 15 ¶2)

Ħalli l-Bibbja tiggwidak f’dak kollu li tagħmel (Sa 43:3)

Dak li jgħallimna Ġeħova jgħinna biex inkampaw mal-provi u nżommu l-wegħda li għamilna maʼ Ġeħova li se naqduh għal dejjem.—1Pt 5:10; w16.09 6 ¶11-12.

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 44:19—L-espressjoni “fejn jgħixu l-klieb slavaġ” għal xiex jistaʼ jkun li tirreferi? (w06 6/1 8 ¶5)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(4 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Offri studju tal-Bibbja. (lmd lezzjoni 5 punt 5)

5. Kompli Ibni l-Interess

(5 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Stieden lill-persuna għat-taħdita pubblika li jmiss. Introduċi u ddiskuti (imma turix) il-vidjow X’jiġri f’Sala tas-Saltna? (lmd lezzjoni 7 punt 5)

6. Taħdita

(3 min.) lmd appendiċi A punt 4—Tema: Kulħadd Se Jkollu Saħħa Perfetta. (th studju 2)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 21

7. Ħu Deċiżjonijiet Tajbin Dwar ix-Xogħol u l-Iskola

(15 min.) Diskussjoni.

Żgħażagħ, qegħdin tippjanaw x’se tagħmlu wara li tispiċċaw l-iskola sekondarja? Forsi diġà għandek xogħol f’moħħok li se jagħmilhielek possibbli biex taqdi bħala pijunier. Jew forsi qed taħseb biex tieħu kors ħalli titgħallem xi sengħa, iġġib liċenzja, jew diploma biex tkun tistaʼ ssib xogħol li jgħinek tkun pijunier. Dan hu żmien eċċitanti! Però, forsi ma tkunx taf x’se tagħmel għax ikollok ħafna minn fejn tagħżel jew oħrajn jagħmlulek il-pressjoni biex tieħu deċiżjoni li togħġob lilhom. X’jistaʼ jgħinek tieħu deċiżjonijiet tajbin?

Aqra Mattew 6:​32, 33. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Għala hu tajjeb li jkollok miri spiritwali speċifiċi f’moħħok qabel tieħu deċiżjonijiet importanti dwar ix-xogħol u l-iskola?

  • Il-ġenituri kif jistgħu jgħinu lit-tfal tagħhom japplikaw Mattew 6:​32, 33?—Sa 78:​4-7

Oqgħod attent li ma tħallix ix-xewqa biex ikollok pożizzjoni għolja jew li jkollok moħħok mistrieħ mill-flus taffettwa d-deċiżjonijiet tiegħek. (1Ġw 2:​15, 17) Ftakar li jekk persuna jkollha ħafna affarijiet materjali, jistaʼ jkun iktar diffiċli għaliha biex taċċetta l-messaġġ tas-Saltna. (Lq 18:​24-27) Jekk taħdem iebes biex issir sinjur se jkun diffiċli għalik biex tibni fidi soda u tferraħ lil Ġeħova.—Mt 6:24; Mk 8:36.

Uri l-VIDJOW Oqgħod Attent! Tafdax f’Affarijiet Li Se Jispiċċaw!—Il-Ġid. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  •   Il-versi fi Proverbji 23:​4, 5 kif jistgħu jgħinuk tieħu deċiżjonijiet tajbin?

8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

(30 min.) bt kap. 10 ¶5-12

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 47 u Talba