Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

6-12 taʼ Mejju

SALM 36-37

6-12 taʼ Mejju

Għanja 87 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. “Titfixkilx Minħabba l-Ħżiena”

(10 min.)

Nies ħżiena jġegħluna nbatu (Sa 36:​1-4; w17.04 11 ¶4)

Meta nibqgħu rrabjati għan-nies ħżiena nkunu qed nagħmlu l-ħsara lilna nfusna wkoll (Sa 37:​1, 7, 8; w22.06 10 ¶10)

Meta nafdaw fil-wegħdi taʼ Ġeħova ma nibqgħux inħossuna rrabjati (Sa 37:​10, 11; w03 12/1 13 ¶20)

STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Jien noqgħod ninkwieta meta nara aħbarijiet li jkunu fuq il-vjolenza?’

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 36:6—Meta s-salmista qal li l-ġustizzja taʼ Ġeħova hi “bħall-muntanji,” x’jistaʼ jkun li ried ifisser? (it-2 445)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. (lmd lezzjoni 1 punt 5)

5. Kompli Ibni l-Interess

(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Offri studju tal-Bibbja lil persuna li ma riditx tistudja fil-passat. (lmd lezzjoni 9 punt 4)

6. Taħdita

(5 min.) ijwbv 45—Tema: Xi Jfisser il-Kliem f’​Salm 37:4? (th studju 13)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 33

7. Int Preparat għal “Żminijiet Diffiċli”?

(15 min.) Diskussjoni.

Minħabba d-diżastri naturali u d-diżastri li jikkaġunaw in-nies, l-aħwa madwar id-dinja qed ibatu għax tilfu affarijiet materjali u wħud li jħobbu fil-mewt. (Sa 9:​9, 10) Dan jistaʼ jiġri lil kull wieħed u waħda minna, għalhekk irridu nkunu lesti għall-provi li nistgħu niffaċċjaw.

Minbarra li nippreparaw l-affarijiet li jistgħu jgħinuna nsalvaw meta jkun hemm diżastru, a x’jistaʼ jgħinna nkampaw meta jiġri diżastru?

  • Ipprepara mentalment: Żomm f’moħħok li diżastru jistaʼ jiġri kullimkien u aħseb x’tistaʼ tagħmel jekk ikun hemm wieħed. Torbotx qalbek mal-affarijiet materjali. Dan se jgħinek tkun għaqli u tara kif tistaʼ ssalva l-ħajja tiegħek u t’oħrajn u mhux tipprova ssalva l-affarijiet materjali. (Ġen 19:16; Sa 36:9) Barra minn hekk, meta ma jkollokx qalbek marbuta mal-affarijiet, se jgħinek tħossok aħjar jekk jiġri diżastru.—Sa 37:19

  • Żomm il-ħbiberija tiegħek maʼ Ġeħova b’saħħitha: Kun ċert li Ġeħova jistaʼ u jixtieq jieħu ħsiebek. (Sa 37:18) Dejjem żomm f’moħħok li għalkemm nistgħu nitilfu kollox, Ġeħova se jiggwidana u jgħinna.—Ġer 45:5; Sa 37:​23, 24

Meta nkunu ċerti li Ġeħova se jżomm il-wegħdi tiegħu, hu se jkun ‘il-fortizza tagħna fi żmien l-inkwiet.’—Sa 37:39.

Uri l-VIDJOW Preparat Int għal Xi Diżastru? Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Ġeħova kif jistaʼ jgħinna meta jiġri diżastru?

  • X’nistgħu nagħmlu biex inkunu preparati?

  • Kif nistgħu ngħinu lil dawk li ġew affettwati minn diżastru?

8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

(30 min.) bt kap. 9 ¶8-16

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 57 u Talba