Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

20-26 taʼ Mejju

SALM 40-41

20-26 taʼ Mejju

Għanja 102 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. Għala Ngħinu lil Oħrajn?

(10 min.)

Meta ngħinu lil oħrajn inkunu ferħanin (Sa 41:1; w18.08 19-20 ¶16-18)

Ġeħova jgħin lil dawk li jgħinu lil oħrajn (Sa 41:​2-4; w15 12/15 24 ¶7)

Meta ngħinu lil oħrajn inkunu qed infaħħru lil Ġeħova (Sa 41:13; Pr 14:31; w17.09 14 ¶17)

STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Hemm xi ħadd fil-kongregazzjoni tiegħi li għandu bżonn l-għajnuna biex juża l-JW Library aħjar?’

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 40:​5-10—Skont dawn il-versi, x’niġu mmotivati nagħmlu meta naċċettaw lil Ġeħova bħala l-Mexxej tagħna? (it-2 16)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(3 min.) XHIEDA INFORMALI. Ibda konversazzjoni maʼ xi ħadd li jidher ferħan. (lmd lezzjoni 2 punt 3)

5. Ibda Konversazzjoni

(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Ibda konversazzjoni maʼ xi ħadd li jidher imdejjaq. (lmd lezzjoni 3 punt 5)

6. Agħmel Dixxipli

(5 min.) lff lezzjoni 14 punt 6. Iddiskuti punt mill-artiklu “Faħħar lil Ġeħova fil-kongregazzjoni” mis-sezzjoni “Ara Iżjed” maʼ student li qed isibha diffiċli biex jikkummenta fil-laqgħat. (th studju 19)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 138

7. Agħmlu t-Tajjeb mal-Aħwa Kbar fl-Età

(15 min.) Diskussjoni.

Ġeħova japprezza x-xogħol li jagħmlu l-aħwa kbar fl-età fil-kongregazzjoni, u anki aħna napprezzaw. (Eb 6:10) Matul is-snin, huma ħadmu iebes biex jgħallmu, jittrennjaw, u jinkuraġġixxu lill-aħwa. Int żgur li tiftakar kif għenuk. Kif tistaʼ turi li tapprezza dak li għamlu u li għadhom qed jagħmlu għall-kongregazzjoni?

Uri l-VIDJOW ‘Agħmlu t-Tajjeb maʼ Ħutna.’ Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Ji-Hoon x’tgħallem minn Ħuna Ho-jin Kang?

  • Għala tapprezza lill-aħwa kbar fl-età tal-kongregazzjoni?

  • X’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju tar-raġel Samaritan?

  • Għala taħseb li kienet idea tajba li Ji-Hoon mar jgħin lil Ħuna Ho-jin Kang m’aħwa oħrajn?

Meta naħsbu sew dwar dak li għandhom bżonn l-aħwa kbar fl-età tal-kongregazzjoni tagħna, se nsibu ħafna modi biex ngħinuhom. Meta tara li xi ħadd għandu bżonn l-għajnuna, ara x’tistaʼ tagħmel biex tgħinu.—Ġk 2:​15, 16.

Aqra Galatin 6:10. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Kif tistaʼ tagħmel it-tajjeb mal-aħwa kbar fl-età fil-kongregazzjoni tiegħek?

8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 8 u Talba