Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | PROVERBJI 27-31

Il-Bibbja tiddeskrivi mara kapaċi

Il-Bibbja tiddeskrivi mara kapaċi

Fi Proverbji kapitlu 31 insibu messaġġ importanti li rċieva s-Sultan Lemwel mingħand ommu. Il-pariri għaqlin tagħha għallmuh x’għandu jfittex f’mara kapaċi.

Mara kapaċi hi ta’ min jafdaha

31:10-12

  • Hi tagħti suġġerimenti ta’ valur f’dawk li huma deċiżjonijiet tal-familja u fl-istess ħin tibqa’ sottomessa

  • Żewġha jafdaha li tieħu deċiżjonijiet għaqlin u ma jinsistix li għandu jkollha l-approvazzjoni tiegħu f’kull ħaġa

Mara kapaċi hi bieżla

31:13-27

  • Hi titgħallem tibża’ għall-flus u tgħix ħajja sempliċi sabiex il-familja tagħha tkun liebsa nadif, preżentabbli, u jkollha ikel sustanzjuż

  • Hi taħdem iebes u tieħu ħsieb il-familja tagħha billejl u binhar

Mara kapaċi hi spiritwali

31:30

  • Hi tibża’ minn Alla u tiżviluppa relazzjoni persunali miegħu