Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Tħallix id-dinja tinfluwenzak meta tkun qed tippjana t-tieġ tiegħek

Tħallix id-dinja tinfluwenzak meta tkun qed tippjana t-tieġ tiegħek

Koppja Kristjana li qed jippjanaw it-​tieġ tagħhom, ikollhom ħafna deċiżjonijiet x’jieħdu. Huma jistgħu jħossu l-​pressjoni biex jagħmlu tieġ kbir bħalma hu komuni fejn jgħixu. B’intenzjoni tajba, il-​ħbieb u l-​membri tal-​familja jistaʼ jkollhom ideat tagħhom dwar kif għandu jkun tieġ. Liema prinċipji Bibliċi se jgħinu koppja biex jippjanaw għall-​ġurnata speċjali tagħhom b’tali mod li jkollhom kuxjenza nadifa u l-​ebda dispjaċir?

ARA L-​VIDJOW TIĠIJIET LI JONORAW LIL ĠEĦOVA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Il-​prinċipji Bibliċi li ġejjin kif għenu lil Nick u Juliana?

  • Għaliex il-​koppja li ħa tiżżewweġ għandhom jagħżlu ħu Kristjan matur biex ikun “il-​kap tal-​festa”?—Ġw 2:9, 10.

  • X’kienu r-​raġunijiet għall-​għażliet personali li Nick u Juliana għamlu għat-​tieġ tagħhom?

  • Min hu responsabbli biex jagħmel l-​aħħar deċiżjonijiet għaċ-​ċerimonja u r-​riċeviment tat-​tieġ?—w06 10/15 25 ¶10.