Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | LEVITIKU 1-3

L-Iskop tal-Offerti

L-Iskop tal-Offerti

1:3; 2:1, 12; 3:1

Skont il-​Liġi taʼ Mosè, l-​Iżraelin kellhom jagħmlu offerti, jew sagrifiċċji. Dawn għoġbu lil Ġeħova u rrappreżentaw is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala fidwa jew il-​benefiċċji minn dan is-​sagrifiċċju.—Eb 8:3-5; 9:9; 10:5-10.

  • Bħalma l-​annimali kollha li kienu jiġu sagrifikati kellhom ikunu bla difett, hekk ukoll Ġesù ssagrifika l-​ġisem perfett u bla difett tiegħu.—1Pt 1:18, 19

  • Bħalma l-​offerti tal-​ħruq ġew preżentati sħaħ lil Ġeħova, hekk ukoll Ġesù ta lilu nnifsu kompletament lil Ġeħova

  • Bħalma dawk li offrew sagrifiċċju taʼ sħubija aċċettabbli kienu fil-​paċi m’Alla, hekk ukoll il-​midlukin li jieħdu sehem fl-​Ikla taʼ Filgħaxija tal-​Mulej huma fil-​paċi m’Alla