GĦIX BĦALA KRISTJAN
Intejbu l-Abbiltajiet Tagħna fil-Ministeru—Nippritkaw bit-Telefown
GĦALA HU IMPORTANTI: Li nippritkaw bit-telefown huwa mod importanti ‘biex nagħtu xiehda bir-reqqa dwar l-aħbar tajba.’ (At 20:24) * Dan jgħinna biex nagħtu xhieda meta ċ-ċirkustanzi tagħna ma jħalluniex niltaqgħu maʼ dak li jkun.
KIF TAGĦMEL DAN:
-
Ipprepara. Agħżel suġġett adattat. Imbagħad ħu nota taʼ dak li tixtieq tgħid. Tistaʼ wkoll tipprepara messaġġ qasir li jispjega għala qed iċċempel fil-każ li twieġbek l-answering machine. Se jgħinek ukoll jekk tpoġġi maʼ mejda bin-noti tiegħek u dak li se jkollok bżonn, bħall-JW Library® jew jw.org®
-
Kun kalm. Tkellem b’mod naturali. Tbissem u agħmel ġesti daqslikieku l-persuna qed tarak. Evita pawsi bla bżonn. Se jkun t’għajnuna jekk taħdem m’oħrajn. Jekk l-inkwilin isaqsik mistoqsija, irripetiha b’leħen għoli ħalli min ikun miegħek jgħinek issib it-tweġiba
-
Witti t-triq għal żjara lura. Jekk il-persuna turi interess, tistaʼ tħalliha b’mistoqsija biex twiġibha d-darba li jmiss bit-telefown. Tistaʼ anki toffri li tibgħat xi letteratura b’e-mail, bil-posta, jew tiħodhielha int. Jew tistaʼ toffri li tibgħat xi vidjow jew artiklu b’messaġġ jew e-mail. Jekk ikun xieraq, għid lill-persuna dwar artiklu ieħor minn fuq il-website
^ par. 3 Jekk fejn tgħix int tistaʼ tipprietka bit-telefown, kun ċert li qed timxi mal-liġi dwar informazzjoni personali.