Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kif Jistgħu l-Aħwa Nisa Jagħmlu Iktar għal Ġeħova?

Kif Jistgħu l-Aħwa Nisa Jagħmlu Iktar għal Ġeħova?

L-​aħwa nisa għandhom sehem imprezzabbli fix-​xogħol tas-​Saltna. (Sa 68:11) Huma jikkonduċu ħafna mill-​istudji tal-​Bibbja fid-​djar. Ħafna mill-​pijunieri regulari huma nisa. Eluf taʼ nisa jaħdmu iebes bħala Beteliti, missjunarji, volontieri jew qaddejja fix-​xogħol tal-​bini, u tradutturi. Nisa maturi jsaħħu lill-​familji u l-​kongregazzjonijiet tagħhom. (Pr 14:1) Għalkemm l-​aħwa nisa ma jistgħux jaqdu bħala anzjani jew qaddejja ministerjali, huma xorta jistgħu jagħmlu miri fil-​kongregazzjoni. Jekk int oħt, b’liema modi tistaʼ tagħmel iktar għal Ġeħova?

  • Tejjeb il-​kwalitajiet spiritwali.—1Ti 3:11; 1Pt 3:3-​6

  • Għin lill-​aħwa nisa fil-​kongregazzjoni li għandhom inqas esperjenza.—Tit 2:3-​5

  • Tejjeb il-​kwalità tal-​ministeru u qattaʼ iżjed ħin fih

  • Tgħallem lingwa oħra

  • Mur fejn hemm iżjed bżonn

  • Applika biex taħdem f’Betel jew biex tgħin fil-​kostruzzjoni tal-​faċilitajiet teokratiċi

  • Applika għall-​Iskola għall-​Evanġelizzaturi tas-​Saltna

ARA L-​VIDJOW “NISA LI QED JAĦDMU IEBES FIL-​MULEJ,” U MBAGĦAD WIEĠEB DIN IL-​MISTOQSIJA:

  • Kif inkuraġġewk il-​kummenti taʼ kull oħt?