Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IRSISTI FIL-​MINISTERU | ŻID IL-​FERĦ TIEGĦEK FIL-​MINISTERU

Għallem lill-Istudenti tal-Bibbja Jitimgħu Lilhom Infushom Spiritwalment

Għallem lill-Istudenti tal-Bibbja Jitimgħu Lilhom Infushom Spiritwalment

Biex l-​istudenti tal-​Bibbja jsiru jafu lil Ġeħova u jsiru Kristjani maturi, huma għandhom jitgħallmu iżjed mill-​veritajiet li aħna ngħallmuhom. (Mt 5:3; Eb 5:12–6:2) Għandhom jitgħallmu wkoll kif jitimgħu lilhom infushom spiritwalment.

Hekk kif jibdew jistudjaw, uri lill-​istudenti tal-​Bibbja tiegħek kif jippreparaw għall-​istudju tal-​Bibbja tagħhom u inkuraġġihom biex jagħmlu dan. (mwb18.03 6) Inkuraġġihom jitolbu qabel kull studju personali. Għinhom isibu u jużaw l-​għodod diġitali għall-​istudju. Spjega kif iżommu ruħhom aġġornati maʼ dak li hu ġdid fuq jw.org u JW Broadcasting®. Maż-​żmien għallimhom jaqraw il-​Bibbja kuljum, jippreparaw għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, u biex isibu t-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet tagħhom. Għinhom jimmeditaw fuq dak li qed jitgħallmu.

ARA L-​VIDJOW GĦIN LILL-​ISTUDENTI TAL-​BIBBJA TIEGĦEK JITIMGĦU LILHOM INFUSHOM SPIRITWALMENT, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Neeta kif għenet lil Jade tara li l-​istudju jfisser iktar milli tkun taf it-​tweġibiet?

  • X’għen lil Jade tkun konvinta li Ġeħova għandu raġun f’li ma jridniex ninvolvu ruħna fl-​immoralità sesswali?

  • Għallem lill-istudenti tiegħek kif jitgħallmu informazzjoni importanti u jużawha

    Jade xi rrealizzat dwar il-​meditazzjoni?