Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kif Nagħmlu l-Laqgħat għas-Servizz tal-Għalqa Prattiċi

Kif Nagħmlu l-Laqgħat għas-Servizz tal-Għalqa Prattiċi

Bħal-​laqgħat kollha tal-​kongregazzjoni, il-​laqgħat għas-​servizz tal-​għalqa huma provvediment mingħand Ġeħova biex ninkuraġġixxu lil xulxin għall-​imħabba u xogħol mill-​aħjar. (Eb 10:24, 25) Dawn għandhom jieħdu bejn ħames u sebaʼ minuti, li jinkludi l-​organizzar tal-​gruppi, li jiġi assenjat it-​territorju, u li tingħad talba. (Il-​laqgħa għandha tkun iqsar jekk issir wara laqgħa oħra.) Il-​ħu li jikkonduċi għandu jipprepara xi ħaġa li tkun prattika għal dawk li se jieħdu sehem fil-​ministeru f’dik il-​ġurnata. Pereżempju, nhar taʼ Sibt meta ħafna fl-​attendenza jkunu ilhom ġimgħa li ħarġu għall-​ministeru, ikun l-​aħjar li sempliċiment nikkunsidraw x’nistgħu ngħidu. X’suġġetti oħra jistgħu jkunu taʼ benefiċċju li niddiskutu?

  • Eżempju taʼ konversazzjoni mill-​Fuljett għall-​Istudju tal-​Laqgħa—Il-​Ħajja u l-​Ministeru Kristjan Tagħna

  • Kif nużaw ġrajja kurrenti jew rapport fl-​aħbarijiet biex nibdew konversazzjoni

  • Kif inwieġbu għal oġġezzjoni komuni

  • Kif inwieġbu lil ateu, evoluzzjonist, persuna li titkellem b’lingwa oħra, jew persuna li qiegħda f’reliġjon li mhix komuni għat-​territorju tagħna

  • Kif nużaw diversi affarijiet mill-​website jw.org, mill-​app JW Library®, mill-​Bibbja, jew mill-​ktejjeb Introduzzjoni għall-​Kelma t’Alla

  • Kif nużaw waħda mill-​għodod mill-​Kaxxa tal-​Għodda tat-​Tagħlim

  • Kif nieħdu sehem f’aspett speċifiku tal-​ministeru, bħal li nagħtu xhieda bit-​telefown, niktbu ittri, nippritkaw f’postijiet pubbliċi, nagħmlu żjajjar lura, jew studji tal-​Bibbja

  • Tfakkiriet biex inżommu ’l bogħod mill-​periklu, inkunu flessibbli, nużaw manjieri tajbin, ikollna attitudni pożittiva, jew xi ħaġa simili

  • Lezzjoni jew vidjow mill-​browxer Irsisti fil-​qari u t-​tagħlim

  • Kif ninkuraġġixxu u ngħinu lil min ikun qed jaħdem magħna fuq il-​ministeru

  • Skrittura li għandha x’taqsam mal-​ministeru jew xi esperjenza inkuraġġanti dwar il-​ministeru