GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ifraħ Meta Tkun Persegwitat
Il-Kristjani jistennew li jiġu persegwitati. (Ġw 15:20) Għalkemm il-persekuzzjoni ġġibilna l-ansjetà u xi kultant uġigħ, aħna xorta nistgħu nkunu ferħanin meta nissaportuha.—Mt 5:10-12; 1Pt 2: 19, 20.
ARA L-VIDJOW NISTGĦU NIFIRĦU MINKEJJA L-PERSEKUZZJONI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
X’tgħallimt mill-esperjenza taʼ Ħuna Bazhenov dwar kemm hu importanti li
-
taqra l-Bibbja kuljum?
-
tirċievi l-għajnuna mingħand Kristjani sħabek? a
-
titlob spiss?
-
tkanta l-għanjiet tas-Saltna?
-
titkellem m’oħrajn dwar il-fidi tiegħek?
a Aħna nistgħu nitolbu għall-Kristjani li jkunu fil-ħabs, anke billi nsemmuhom b’isimhom. Madankollu, mhux possibbli għall-uffiċċju tal-fergħa biex jibagħtilhom l-ittri personali.