GĦIX BĦALA KRISTJAN
It-Talb Tagħna Hu Prezzjuż għal Ġeħova
It-talb li Ġeħova jaċċetta hu bħall-inċens ifuħ li b’mod regulari kien jinħaraq quddiem Ġeħova fit-tempju. (Sa 141:2) Aħna nuru li napprezzaw il-ħbiberija tagħna maʼ Missierna tas-sema meta ngħidulu li nħobbuh u napprezzawh, ngħidulu dak li qed jinkwetana u nixtiequ, u nitolbuh jgħinna nieħdu deċiżjoni. Bla dubju, Ġeħova jqis it-talb qasir waqt il-laqgħat bħala parti importanti mill-qima tagħna. Madankollu, min jaf kemm ikun ferħan Ġeħova meta fit-talb personali tagħna niftħu qalbna miegħu u nkellmuh għal ħin twil!—Pr 15:8.
ARA L-VIDJOW JIEN DEVOT GĦAT-TALB, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Ħuna Johnson xi privileġġi gawda?
-
Ħuna Johnson kif straħ fuq Ġeħova bit-talb?
-
X’lezzjonijiet tgħallimt mill-esperjenzi taʼ Ħuna Johnson?