Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

X’Nistaʼ Nagħmel Biex Inżomm ir-Reputazzjoni Tagħna Tajba

X’Nistaʼ Nagħmel Biex Inżomm ir-Reputazzjoni Tagħna Tajba

In-nies jinnotaw kif jaġixxu x-Xhieda taʼ Ġeħova. (1Ko 4:9) Nistgħu nsaqsu lilna nfusna, ‘B’dak li ngħid u nagħmel, oħrajn se jfaħħru lil Ġeħova?’ (1Pt 2:12) Żgur li ma rridu nagħmlu xejn li jistaʼ jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tajba li għandhom ix-Xhieda taʼ Ġeħova.—Ek 10:1.

Għal kull sitwazzjoni, ikteb kif bħala Kristjan għandek taġixxi u sib prinċipju mill-Bibbja li jistaʼ jgħinek:

  • Xi ħadd li mhux fil-verità jirrabja miegħek

  • Il-ħwejjeġ, il-karozza, u d-dar tiegħek mhumiex nodfa

  • Fejn toqgħod int, hemm liġi li tidher inġusta jew diffiċli wisq biex tobdiha

Dawk li jagħmlu r-riċerka fid-Dipartiment tal-Kitba, kif iżommu r-reputazzjoni tagħna tajba?

ARA L-VIDJOW NIPPROMWOVU MĦABBA U RISPETT GĦALL-VERITÀ, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJA LI ĠEJJA:

X’jogħġbok l-iżjed minn dak li tagħmel l-organizzazzjoni biex tipprepara informazzjoni eżatta?