GĦIX BĦALA KRISTJAN
Ġenituri—Għallmu lit-Tfal Tagħkom Iferrħu lil Alla
It-tfal u ż-żgħażagħ huma prezzjużi ħafna għal Ġeħova. Hu jinnota meta l-fidi u l-imħabba tagħhom lejh jikbru. Jinnota wkoll dak li jissaportu. (1Sa 2:26; Lq 2:52) Anki jekk għadhom żgħar ħafna, b’dak li jagħmlu jistgħu jferrħu qalb Ġeħova. (Pr 27:11) Permezz tal-organizzazzjoni tiegħu, Ġeħova jipprovdi għajnuna lill-ġenituri biex jgħallmu lit-tfal tagħhom iħobbu u jobdu lil Ġeħova.
ARA L-VIDJOW ŻGĦAŻAGĦ—IS-SABAR TAGĦKOM IFERRAĦ LIL ĠEĦOVA! U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
Ġeħova x’għajnuna ta lit-tfal u ż-żgħażagħ matul is-snin?
-
Bħalissa x’għajnuna hemm għall-ġenituri?
-
Tfal u żgħażagħ, xi rċivejtu bħala għajnuna mingħand Ġeħova, u kif kien t’għajnuna?