23-29 taʼ Diċembru
SALM 119:121-176
Għanja 31 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Evita Wġigħ taʼ Qalb Bla Bżonn
(10 min.)
Ħobb il-kmandamenti t’Alla (Sa 119:127; w18.06 16 ¶5-6)
Obgħod dak li hu ħażin (Sa 119:128; w93 7/15 10 ¶12)
Ismaʼ minn Ġeħova u evita li tagħmel l-iżbalji taʼ dawk “bla esperjenza” (Sa 119:130, 133; Pr 22:3)
STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Liema bidliet speċifiċi għandi bżonn nagħmel biex inħobb il-kmandamenti taʼ Ġeħova jew biex nobgħod dak li hu ħażin?’
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
-
Sa 119:160—Skont dan il-vers, minn xiex għandna nkunu ċerti? (w23.01 2 ¶2)
-
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Sa 119:121-152 (th studju 2)
4. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. (lmd lezzjoni 1 punt 5)
5. Kompli Ibni l-Interess
(4 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Uri lil persuna kif issib informazzjoni fuq jw.org li tistaʼ tinteressaha. (lmd lezzjoni 8 punt 3)
6. Agħmel Dixxipli
(5 min.) Diskussjoni maʼ student tal-Bibbja li ma jattendix il-laqgħat tal-kongregazzjoni regolarment. (lmd lezzjoni 12 punt 4)
Għanja 121
7. Tħallix il-Flus Jikkaġunawlek Uġigħ Bla Bżonn
(15 min.) Diskussjoni.
Dawk li jħobbu l-flus “ġabu ħafna tbatijiet fuqhom infushom.” (1Ti 6:9, 10) Dawn huma xi weġgħat li se jkollna jekk inħobbu l-flus u jekk dawn ikunu l-iktar ħaġa importanti f’ħajjitna.
-
Ma jkollniex ħbiberija b’saħħitha maʼ Ġeħova.—Mt 6:24
-
Qatt ma nkunu kuntenti b’dak li jkollna.—Ekk 5:10
-
Ikun iktar diffiċli biex nevitaw dak li hu ħażin, inkluż il-gideb u s-serq. Barra minn hekk, jistaʼ jkun li ma nibqgħux leali lejn persuna li tafdana. (Pr 28:20) Jekk nagħmlu xi ħaġa ħażina, il-kuxjenza tibda tniggiżna, ikollna reputazzjoni ħażina, u Ġeħova ma jibqax ferħan bina
Aqra Lhud 13:5, u mbagħad iddiskuti din il-mistoqsija:
-
Kif irridu nqisu l-flus biex ma jkollniex uġigħ taʼ qalb, u għala?
Anki jekk ma nħobbux il-flus, jekk ma nużawhomx bil-għaqal xorta se nbatu.
Uri l-LEZZJONI MINN FUQ IL-WHITEBOARD Kif Tqassam il-Flus Tiegħek. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
-
Għala għandna nippjanaw kif se nużaw il-flus, u kif nistgħu nagħmlu dan?
-
Għala jkun tajjeb li nġemmgħu xi flus?
-
Għala jkun tajjeb li nevitaw dejn bla bżonn?
8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) bt kap. 20 ¶1-7, u introduzzjoni għal sezzjoni 7