Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

16-22 taʼ Diċembru

SALM 119:​57-120

16-22 taʼ Diċembru

Għanja 129 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. Kif Tissaporti Meta Tkun Qed Tbati

(10 min.)

Kompli aqra u studja l-Kelma t’Alla (Sa 119:61; w06 6/15 20 ¶2; w00 12/1 14 ¶3)

Ħalli l-prova tiegħek tirfinak (Sa 119:71; w06 9/1 14 ¶3)

Itlob lil Ġeħova biex jgħinek (Sa 119:76; w17.07 10 ¶3, 5)

STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Ġeħova b’liema modi speċifiċi għenni nissaporti meta kont qed inbati?’

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 119:96—Dan il-vers aktarx xi jfisser? (w06 9/1 14 ¶5)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Uri lill-persuna l-website tagħna u agħtiha l-kard tal-jw.org. (lmd lezzjoni 2 punt 5)

5. Kompli Ibni l-Interess

(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Stieden lill-persuna għat-taħdita pubblika li jmiss. Introduċi u ddiskuti (imma turix) il-vidjow X’jiġri f’Sala tas-Saltna? (lmd lezzjoni 8 punt 3)

6. Spjega Dak li Temmen

(5 min.) Turija. ijwbq 157—Tema: Il-Bibbja X’Tgħid Dwar id-Diżastri Naturali? (lmd lezzjoni 3 punt 3)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 128

7. Ġeħova Jgħinna Nissaportu

(15 min.) Diskussjoni.

Li nissaportu jfisser li nkampaw maʼ sitwazzjoni diffiċli mingħajr ma naqtgħu qalbna. Dan jinvolvi li nkunu kuraġġużi, nifhmu għala jiġrulna affarijiet ħżiena, u nħarsu ’l quddiem għaż-żmien meta mhux se jkollna aktar provi. Jekk nissaportu mhux se ‘nitbiegħdu’ minn Ġeħova jew nibdew nagħmlu inqas għalih meta jinqalgħu l-problemi. (Lh 10:​36-39) Ġeħova għandu xewqa kbira biex jgħinna nissaportu l-provi.—Lh 13:6.

Għal kull skrittura ikteb kif Ġeħova jgħinna nissaportu.

Uri l-VIDJOW Ibqaʼ Itlob għal Dawk li Għaddejjin mill-Provi. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Kif nistgħu nużaw il-website jw.org biex inkunu nafu xi provi għaddejjin minnhom ħutna?

  • Il-ġenituri kif jistgħu jgħallmu lit-tfal tagħhom jitolbu għal oħrajn, u għala hu tajjeb li jagħmlu dan?

  • Għala hu importanti li nitolbu lil Ġeħova biex jgħin lil ħutna jissaportu?

  • Meta nitolbu għal oħrajn kif jgħinna nissaportu l-provi tagħna?

8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 32 u Talba