Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

18-24 taʼ Novembru

SALMI 107-108

18-24 taʼ Novembru

Għanja 7 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. “Irringrazzjaw lil Ġeħova, Għax Hu Tajjeb”

(10 min.)

Bħalma Ġeħova ħeles lill-Iżraelin minn Babilonja, Ġeħova ħeles lilna mid-dinja taʼ Satana (Sa 107:​1, 2; Kol 1:​13, 14)

Meta napprezzaw dak li Ġeħova għamel għalina, se nkunu rridu nfaħħruh fil-kongregazzjoni (Sa 107:​31, 32; w07 4/15 20 ¶2)

L-apprezzament tagħna se jkompli jikber meta naħsbu dwar l-affarijiet kollha li Ġeħova għamel għalina (Sa 107:43; w15 1/15 4 ¶4)

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 108:9—Mowab għala kien imqabbel ma’ “friskatur”? (it-2 420 ¶4)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(3 min.) XHIEDA INFORMALI. (lmd lezzjoni 1 punt 4)

5. Kompli Ibni l-Interess

(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Għid lill-persuna dwar l-istudju tal-Bibbja li noffru u agħtiha kard għal studju tal-Bibbja. (lmd lezzjoni 9 punt 3)

6. Taħdita

(5 min.) ijwyp 90—Tema: Kif Nistaʼ Nevita li Naħseb Ħażin? (th studju 14)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 46

7. Inkantaw Biex Nirringrazzjaw lil Ġeħova

(15 min.) Diskussjoni.

Wara li Ġeħova ħeles lill-Iżraelin mill-armata b’saħħitha Eġizzjana fejn il-Baħar l-Aħmar, huma kantaw għanja biex juru li apprezzaw dak li għamel għalihom. (Eżo 15:​1-19) L-irġiel kienu minn taʼ quddiem biex ikantaw din l-għanja ġdida. (Eżo 15:21) Anki Ġesù u l-Kristjani tal-bidu kantaw għanjiet taʼ tifħir lil Alla. (Mt 26:30; Kol 3:16) Illum, aħna nuru l-apprezzament tagħna lejn Ġeħova meta nkantaw fil-laqgħat tal-kongregazzjoni, l-assembleat, u l-konvenzjonijiet. Pereżempju, l-għanja li għadna kif kantajna, “Niżżuk ħajr Ġeħova,” ilna nkantawha fil-laqgħat tagħna mill-1966.

Xi wħud iżommu lura għax iħossu li ma jafux ikantaw. F’xi kulturi, l-irġiel forsi jistħu jkantaw quddiem in-nies. Imma rridu niftakru li l-kant fil-laqgħat hu parti mill-qima tagħna. L-organizzazzjoni taʼ Ġeħova tieħu ħafna ħin biex tikkomponi l-għanjiet u tagħżel xi nkantaw fil-laqgħat. Aħna għandna l-iktar ħaġa faċli, li nkantaw flimkien ħalli nuru lil Missierna tas-sema kemm inħobbuh u napprezzaw dak li jagħmel magħna.

Uri l-VIDJOW X’Ġara Tul l-Istorja—Ir-Rigal tal-Mużika, It-Tieni Parti. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • X’ġara fl-1944?

  • Ħutna fis-Siberja kif urew li jħobbu jkantaw l-għanjiet tas-Saltna?

  • Il-kant għala hu daqshekk importanti għax-Xhieda taʼ Ġeħova?

8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

(30 min.) bt kap. 18 ¶6-15

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 73 u Talba