30 taʼ Diċembru 2024–5 taʼ Jannar 2025
SALMI 120-126
Għanja 144 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Huma Żergħu bil-Biki Imma Ħasdu bil-Ferħ
(10 min.)
L-Iżraelin kienu ferħanin meta nħelsu minn Babilonja u setgħu jerġgħu jibdew iqimu lil Ġeħova (Sa 126:1-3)
Dawk li reġgħu marru l-Lhudija jaf bkew minħabba x-xogħol iebes li kellhom jagħmlu (Sa 126:5; w04 6/1 16 ¶10)
In-nies ma qatgħux qalbhom u ġew imberkin (Sa 126:6; w21.11 24 ¶17; w01 7/15 18-19 ¶13-14; ara l-istampa tal-qoxra)
AĦSEB FTIT: Wara Armageddon liema sfidi se jkollna meta nkunu qed naħdmu biex nagħmlu l-art ġenna? Liema barkiet se ngawdu?
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
-
Sa 124:2-5—Għandna nistennew li Ġeħova jipproteġina b’mod fiżiku bħalma għamel lill-poplu t’Iżrael? (cl 73 ¶15)
-
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Sa 124:1-8; 125:1-5; 126:1-6 (th studju 5)
4. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) F’POST PUBBLIKU. (lmd lezzjoni 3 punt 5)
5. Kompli Ibni l-Interess
(4 min.) MINN DAR GĦAL DAR. L-aħħar li tkellimt mal-persuna ma kinitx ċerta jekk nistgħux nafdaw il-Bibbja. (lmd lezzjoni 9 punt 5)
6. Agħmel Dixxipli
Għanja 155
7. Ifraħ bil-Wegħdi li Għamel Alla
(15 min.) Diskussjoni.
Meta Ġeħova ħeles lill-poplu tiegħu minn Babilonja u ħafrilhom dnubiethom, hu għamel dak li wegħedhom. (Is 33:24) Hu pproteġa lilhom u l-annimali tagħhom minn iljuni u annimali slavaġ oħrajn li kienu żdiedu matul iż-żmien li ma kinux jgħixu nies f’Ġerusalemm. (Is 65:25) Huma bdew jgħixu fi djarhom u jieklu mill-għelieqi bid-dwieli tagħhom. (Is 65:21) Ġeħova bierek ix-xogħol tagħhom u huma għexu ħajja twila.—Is 65:22, 23.
Uri l-VIDJOW Ifraħ bil-Wegħdi taʼ Paċi li Għamel Alla—Parti mill-Vidjow. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
-
Kif qed naraw dawn il-profeziji jitwettqu llum?
-
Kif se jitwettqu kompletament fis-sistema l-ġdida?
-
Għal liema wegħdi qed tħares l-iktar ’il quddiem?
8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) bt kap. 20 ¶8-12, kaxxa f’p. 161