Eżempji ta’ preżentazzjonijiet
STENBAĦ!
Mistoqsija: Xi nies jiddubitaw jekk Ġesù eżistiex tassew, waqt li oħrajn huma konvinti li eżista. Jerġa’ oħrajn jgħidu li m’hemmx mod kif inkunu nafu fiż-żgur. Int x’taħseb?
Offerta: Din il-ħarġa ta’ Stenbaħ! tikkunsidra x’turi l-evidenza.
GĦALLEM IL-VERITÀ
Mistoqsija: X’jiġri meta mmutu?
Skrittura: Ġw 11:
Verità: Meta xi ħadd imut, ħajtu tispiċċa. Allura m’għandniex għalfejn nibżgħu minn xi ħajja wara l-mewt. Ġesù qabbel il-mewt mal-irqad. Sewwasew bħalma għamel ma’ Lazzru, Ġesù se “jqajjem” lill-maħbubin mejtin tagħna biex jerġgħu jkunu jistgħu jgawdu l-ħajja fuq l-art.
INVIT GĦAL-LAQGĦA TAL-KONGREGAZZJONI (inv)
Offerta: Nixtieq nistiednek għal taħdita b’xejn minn fuq il-Bibbja. Din se tingħata fis-Sala tas-Saltna, jew il-post ta’ qima tagħna. [Offri l-invit għal-laqgħa, uri l-ħin u l-post tal-laqgħa ta’ tmiem il-ġimgħa, u semmi t-tema tat-taħdita pubblika.]
Mistoqsija: Ġieli attendejt xi laqgħa minn tagħna? [Jekk ikun xieraq, uri l-vidjow X’jiġri f’Sala tas-Saltna?]
AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS
Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.