Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

L-imħabba tidentifika lill-Kristjani veri—Thenna bil-verità

L-imħabba tidentifika lill-Kristjani veri—Thenna bil-verità

GĦALA HU IMPORTANTI: Biex nimitaw lil Ġesù, għandna nagħtu xhieda għall-​verità rigward l-​iskopijiet t’Alla. (Ġw 18:37) Għandna wkoll nifirħu bil-​verità, nitkellmu l-​verità, u nikkunsidraw kulma hu veru minkejja li qed ngħixu f’dinja mimlija gideb u inġustizzji.—1Ko 13:6; Flp 4:8.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Kun determinat li la tismaʼ u lanqas ixxerred seksik, jew gossip, li jagħmel il-​ħsara.—1Te 4:11

  • Tifraħx bid-​deni taʼ ħaddieħor

  • Ħu pjaċir b’affarijiet pożittivi u inkuraġġanti

ARA L-​VIDJOW ĦA ‘JKOLLKOM L-​IMĦABBA BEJNIETKOM’TITHENNIEX BL-​INĠUSTIZZJA, IMMA THENNA BIL-​VERITÀ, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Debbie f’liema sens ferħet bl-​inġustizzja, jew b’xi ħaġa mhix sewwa?

  • Anna kif dawret il-​konversazzjoni li kellha maʼ Debbie f’waħda pożittiva?

  • X’inhuma xi ftit mill-​affarijiet tajbin li nistgħu nitkellmu fuqhom?

Tifraħx b’affarijiet mhux xierqa, imma bil-verità