Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Int Tapprezza l-Ħbiberija Tiegħek maʼ Ġeħova?

Int Tapprezza l-Ħbiberija Tiegħek maʼ Ġeħova?

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova għandhom privileġġ speċjali. Bħala Kristjani mgħammdin u dedikati, aħna nkomplu nkabbru l-​ħbiberija personali tagħna maʼ Ġeħova, il-​Mulej Sovran. Hu ġibidna lejh permezz taʼ Ibnu. (Ġw 6:44) Hu jismaʼ t-​talb tagħna.—Sa 34:15.

Kif nistgħu nipproteġu l-​ħbiberija prezzjuża tagħna m’Alla? Xi ħaġa ċerta hi li għandna nevitaw li nagħmlu l-​affarijiet ħżiena li għamlu l-​Iżraelin. Ftit wara li aċċettaw li jkunu l-​poplu speċjali taʼ Ġeħova, huma għamlu għoġol tad-​deheb u warrbu lil Ġeħova. (Eżo 32:7, 8; 1Ko 10:7, 11, 14) Għandu mnejn nistaqsu lilna nfusna: ‘Jien x’nagħmel meta niġi ttantat b’xi ħaġa ħażina? B’dak li nagħmel nuri li napprezza l-​ħbiberija tiegħi maʼ Ġeħova?ʼ L-​imħabba kbira li għandna għal Missierna tas-​sema se tgħinna naħarbu mill-​affarijiet li hu jobgħod.—Sa 97:10.

ARA L-​VIDJOW IBŻAʼ GĦALL-​ĦBIBERIJA TIEGĦEK MAʼ ĠEĦOVA (KOL 3:5), U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • X’inhi xenqa b’għira?

  • Għala għandna nwarrbu x-​xenqa b’għira u l-​idolatrija?

  • F’liema sens l-​adulterju u l-​idolatrija huma l-​istess?

  • Speċjalment dawk li għandhom responsabbiltajiet fl-​organizzazzjoni, għala għandhom ikunu ċerti li jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet tar-​raġel jew il-​mara tagħhom?