Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Żgħażagħ—Ġeħova Hu l-Akbar Ħabib Tagħkom?

Żgħażagħ—Ġeħova Hu l-Akbar Ħabib Tagħkom?

Xi kwalitajiet tfittex f’ħabib? X’aktarx tapprezza l-​lealtà, il-​qalb tajba, u l-​ġenerożità. Ġeħova jurihom kollha dawn. (Eżo 34:6; At 14:17) Hu jisimgħek meta titolbu. Hu jgħinek kull meta jkollok bżonn l-​għajnuna. (Sa 18:19, 35) Hu jaħfirlek meta tiżbalja. (1Ġw 1:9) X’ħabib mill-​aħjar Ġeħova hu!

Kif tistaʼ tkun ħabib taʼ Ġeħova? Tgħallem dwaru billi taqra l-​Bibbja. Iftaħ qalbek miegħu. (Sa 62:8; 142:2) Uri li tapprezza affarijiet li huma importanti għal Ġeħova, bħal Ibnu, is-​Saltna tiegħu, u l-​wegħdi tiegħu għall-​futur. Għid lil oħrajn dwaru. (Dt 32:3) Jekk ikollok ħbiberija mill-​qrib maʼ Ġeħova, hu se jkun il-​ħabib tiegħek għal dejjem.—Sa 73:25, 26, 28.

ARA L-​VIDJOW ŻGĦAŻAGĦ“DUQU U ARAW LI ĠEĦOVA HU TAJJEB,” U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Kif tistaʼ tipprepara għad-​dedikazzjoni u l-​magħmudija?

  • Oħrajn fil-​kongregazzjoni kif jistgħu jgħinuk taqdi lil Ġeħova?

  • Il-​ministeru kif isaħħaħlek il-​ħbiberija tiegħek maʼ Ġeħova?

  • Il-​ħbiberija maʼ Ġeħova tistaʼ tkun għal dejjem!

    X’tistaʼ tagħmel iżjed hekk kif taqdi lil Ġeħova?

  • Xi tħobb dwar Ġeħova?