Il-Kwalitajiet li Jiġbduk taʼ Ġeħova
Peress li Mosè fehem il-kwalitajiet taʼ Ġeħova, Mosè kien kapaċi juri l-paċenzja mal-Iżraelin. Bl-istess mod, jekk aħna nifhmu l-kwalitajiet taʼ Ġeħova aħjar, se nkunu kapaċi nuru ħniena maʼ ħutna fil-verità.
-
“Ħanin u grazzjuż”: Ġeħova jieħu ħsieb il-qaddejja tiegħu bi mħabba tenera u b’interess personali, bħalma l-ġenituri jieħdu ħsieb lit-tfal tagħhom
-
“Bil-mod biex jirrabja”: Meta l-qaddejja taʼ Ġeħova jiżbaljaw, hu jkun paċenzjuż magħhom u jtihom ċans jinbidlu
-
“Għani fil-qalb tajba bl-imħabba”: Ġeħova għandu mħabba leali għan-nies tiegħu, u għalhekk il-ħbiberija magħhom se tibqaʼ għal dejjem
STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Kif nistaʼ nimita l-ħniena taʼ Ġeħova u nifhem lil oħrajn bħalu?’