Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Jekk jiftaħ il-bieb tifel jew tifla

Jekk jiftaħ il-bieb tifel jew tifla

Jekk jiftaħ il-bieb tifel jew tifla, għandna nistaqsu għall-ġenituri. Dan juri rispett lejn l-awtorità tagħhom. (Pr 6:20) Jekk xi ħadd mit-tfal jistidinna biex nidħlu, m’għandniex nidħlu. Jekk il-ġenituri mhumiex disponibbli, għandna nerġgħu mmorru darb’oħra.

Jekk it-tifel ikun ikbar, forsi bejn il-15 u d-19-il sena, xorta jkun xieraq li nistaqsu għall-ġenituri tiegħu. Jekk ma jkunux disponibbli, nistgħu nistaqsuh jekk il-ġenituri tiegħu jħalluhx jagħżel hu x’jaqra. Jekk inhu hekk, nistgħu noffrulu letteratura u forsi nidderiġuh għal jw.org.

Meta nagħmlu żjara lura lil żagħżugħ li wera interess, għandna nistaqsu biex niltaqgħu mal-ġenituri tiegħu. Dan se jagħtina l-opportunità ngħidulhom għala qegħdin hemm u nuruhom kemm il-pariri li hemm fil-Bibbja għall-familja huma taʼ min jafdahom u joqgħod fuqhom. (Sa 119:86, 138) Meta nuru rispett u konsiderazzjoni lejn il-ġenituri se nagħtu xhieda tajba u jaf jagħtina opportunitajiet oħrajn biex naqsmu l-aħbar tajba mal-familja.—1Pt 2:12.