Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Evita dawn in-nases meta tikkonduċi studju tal-Bibbja

Evita dawn in-nases meta tikkonduċi studju tal-Bibbja

Titkellem wisq: M’għandekx tħoss li għandek tispjega kollox. Ġesù uża mistoqsijiet biex jgħin lin-nies jaħsbu u jaslu għall-konklużjoni t-tajba. (Mt 17:24-27) Il-mistoqsijiet jistgħu jagħmlu l-istudju ħaj u jgħinek issir taf x’qed jifhem u jemmen l-istudent tiegħek. (be 253 ¶3-4) Meta tistaqsi mistoqsija, kun paċenzjuż u stenna t-tweġiba. Jekk l-istudent iwieġeb b’mod żbaljat, minflok ma tgħidlu t-tweġiba t-tajba, wasslu għall-konklużjoni t-tajba billi tistaqsi iktar mistoqsijiet. (be 238 ¶1-2) Tkellem b’tali mod li l-istudent tagħtih ċans jifhem affarijiet ġodda.—be 230 ¶4.

Tikkomplika l-istudju: Evita t-tentazzjoni li tgħid lill-istudent kulma taf dwar is-suġġett. (Ġw 16:12) Iffoka fuq il-punt prinċipali tal-paragrafu. (be 226 ¶4-5) Dettalji, anki jekk ikunu interessanti, jistgħu jtellfu l-punti prinċipali. (be 235 ¶3) Meta l-istudent jifhem il-punt prinċipali, għaddi għall-paragrafu li jkun imiss.

Sempliċement tgħaddi l-materjal: L-iskop tagħna hu li nilħqu l-qalb u mhux li ngħaddu l-materjal. (Lq 24:32) Uża l-qawwa tal-Kelma t’Alla billi tiffoka fuq l-iskritturi prinċipali tal-lezzjoni. (2Ko 10:4; Eb 4:12; be 144 ¶1-3) Uża tixbihat sempliċi. (be 245 ¶2-4) Aħseb dwar xi sfidi għandu u x’jemmen l-istudent, u adatta l-lezzjoni għalih. Staqsi mistoqsijiet bħal: “Kif tħossok dwar dak li qed titgħallem?” “Dan x’jgħallimna dwar Ġeħova?” “Liema benefiċċji hemm jekk tapplika dan il-parir?”—be 238 ¶3-5; 259 ¶1.