GĦIX BĦALA KRISTJAN
Xejn ma nħela
Wara li Ġesù temaʼ b’mod mirakoluż 5,000 raġel minbarra n-nisa u t-tfal, hu qal lid-dixxipli tiegħu: “Iġbru l-bċejjeċ li fadal biex ma jinħela xejn.” (Ġw 6:12) Ġesù wera li japprezza l-provvedimenti taʼ Ġeħova billi ma ħlihomx.
Fi żmienna, il-Ġemgħa li Tiggverna tagħmel sforz biex timita lil Ġesù billi tuża bil-għaqal ir-riżorsi li tingħata. Pereżempju, meta kienu qed jibnu l-kwartieri ġenerali f’Warwick, New York, l-aħwa għażlu disinji li bihom setgħu jagħmlu l-aqwa użu mid-donazzjonijiet.
KIF NISTGĦU NEVITAW IL-ĦELA . . .
-
meta nkunu fil-laqgħat Kristjani?
-
meta nieħdu pubblikazzjonijiet għall-użu persunali? (km 5/09 3 ¶4)
-
meta nieħdu letteratura biex nużawha fil-ministeru? (mwb17.02 “Uża l-letteratura Biblika bil-għaqal” ¶1)
-
meta nieħdu sehem fil-ministeru? (mwb17.02 “Uża l-letteratura Biblika bil-għaqal” ¶2 u l-kaxxa)