Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠWANNI 7-8

Ġesù gglorifika lil Missieru

Ġesù gglorifika lil Missieru

7:15-18, 28, 29; 8:29

F’dak kollu li qal u għamel, Ġesù gglorifika lil Missieru tas-​sema. Ġesù ried li n-​nies ikunu jafu li l-​messaġġ tiegħu kien ġej mingħand Alla. Allura hu għamel l-​Iskrittura l-​bażi tat-​tagħlim tiegħu u spiss kien jikkwota minnha. Meta ġie mfaħħar, hu m’aċċettax it-​tifħir għalih innifsu imma tah lil Ġeħova. L-​interess primarju tiegħu kien li jwettaq ix-​xogħol li Ġeħova kien tah biex jagħmel.—Ġw 17:4.

Kif nistgħu nimitaw lil Ġesù meta . . .

  • nkunu qed ngħallmu waqt studju tal-​Bibbja jew minn fuq il-​platform?

  • niġu mfaħħra minn oħrajn?

  • niddeċiedu kif se nqattgħu l-​ħin tagħna?