Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IRSISTI FIL-MINISTERU | ŻID IL-FERĦ TIEGĦEK FIL-MINISTERU

Aċċetta l-Għajnuna Mingħand Ħutek

Aċċetta l-Għajnuna Mingħand Ħutek

Biex jgħinna, Ġeħova pprovdielna “l-fratellanza kollha” taʼ ħutna. (1Pt 5:9) Huma jistgħu jgħinuna niffaċċjaw b’suċċess l-isfidi fil-ministeru. Pereżempju, l-appostlu Pawlu bbenefika mill-għajnuna t’Akwila u Prixilla, Sila, Timotju, u oħrajn.—At 18:1-5.

Ħutek kif jistgħu jgħinuk fil-ministeru? Huma jistgħu jagħtuk suġġerimenti prattiċi dwar kif tegħleb oġġezzjonijiet, tagħmel żjajjar lura, jew toffri u tikkonduċi studji tal-Bibbja. Aħseb f’xi ħadd fil-kongregazzjoni tiegħek li jistaʼ jagħtik l-għajnuna li għandek bżonn, imbagħad itlobhielu. Bla dubju, it-tnejn li intom se ssibuha taʼ benefiċċju u tferrħu lil xulxin.—Flp 1:25.

ARA L-VIDJOW ESPERJENZA L-FERĦ TAʼ LI TAGĦMEL DIXXIPLI—AĊĊETTA L-GĦAJNUNA TAʼ ĠEĦOVA—ĦUTNA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Neeta kif ipprovat tinkuraġġixxi lil Jade biex tattendi laqgħa tal-kongregazzjoni?

  • Għala għandna nistiednu lil pubblikaturi oħra biex jiġu fuq studju tal-Bibbja magħna?

  • Jeħtieġ kongregazzjoni biex tagħmel dixxiplu

    X’kellhom komuni bejniethom Jade u Abigay?

  • X’tattiki jistgħu jgħallmuk ħutek għal waqt il-ministeru?