Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Uża Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! fil-Ministeru Tiegħek

Uża Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! fil-Ministeru Tiegħek

Kemm aħna eċitati bil-browxer u l-ktieb il-ġodda biex nikkonduċu l-istudji tal-Bibbja! Aħna nitolbu lil Ġeħova biex ibierek l-isforzi tagħna ħalli nagħmlu ħafna iktar dixxipli. (Mt 28:18-20; 1Ko 3:6-9) Kif se nużaw l-għodda l-ġdida?

Il-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! jippreżenta mod ġdid kif ngħallmu f’forma taʼ diskussjoni. Segwi dawn il-linji gwida ġenerali meta tipprepara u tikkonduċi l-istudji tal-Bibbja. *

  • Aqra l-materjal u ddiskuti l-mistoqsijiet

  • Aqra l-iskritturi li fihom “aqra,” u għin lill-istudent jifhem kif japplikahom

  • Ara u ddiskuti l-vidjows billi tuża l-mistoqsijiet provduti

  • Ipprova lesti kull lezzjoni fi studju wieħed

Fil-ministeru, l-ewwel offri l-browxer biex tkun taf kemm persuna hi interessata. (Ara l-kaxxa “Kif Toffri l-Browxer  Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! fl-Ewwel Konversazzjoni.”) Jekk tispiċċa l-istudju fuq il-browxer mal-istudent u dan ikun irid ikompli, imbagħad offri l-ktieb u ibda minn lezzjoni 04. Jekk tkun diġà qed tistudja maʼ xi ħadd il-ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu? jew il-ktieb Ibqaʼ fl-imħabba t’Alla, aqleb għall-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! u ddeċiedi minn fejn tibda.

ARA L-VIDJOW NIEĦDU PJAĊIR NISTUDJAW IL-BIBBJA MIEGĦEK, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • X’se jitgħallmu l-istudenti mill-ktieb il-ġdid?

  • Għala għandek turi dan il-vidjow lil studenti ġodda?

  • Minn żmien għal żmien, liema miri għandek tinkuraġġixxi lill-istudent jagħmel u jilħaq?—Ara ċ-ċart “‘ X’Se Titgħallem?ʼ u ‘Ipprova Danʼ f’Kull Parti

^ par. 4 NOTA: Għalkemm mhux bilfors tgħaddi l-materjal tal-kaxxa “Ara Iżjed,” ħu l-ħin biex taqra jew tara kollox waqt li tipprepara. Imbagħad, se tkun taf dak li speċjalment jistaʼ jogħġob lill-istudent tiegħek u jgħinu. Il-verżjoni elettronika tinkludi links għall-vidjows u materjal addizzjonali.

 “X’SE TITGĦALLEM?” U “IPPROVA DAN” F’KULL PARTI

 

LEZZJONIJIET

X’SE TITGĦALLEM?

IPPROVA DAN

1

01-12

Se tara kif il-Bibbja tistaʼ tgħinek u kif tistaʼ ssir taf min kitibha

Inkuraġġixxi lill-istudent biex jaqra l-Bibbja, jipprepara għall-istudju, u jibda jattendi l-laqgħat

2

13-33

Ara x’għamel Alla għalina u kif għandna naqduh b’mod li jogħġbu

Inkuraġġixxi lill-istudent biex jitkellem m’oħrajn dwar il-verità u biex isir pubblikatur

3

34-47

Se tara x’jistenna Alla mingħand dawk li jaqduh

Inkuraġġixxi lill-istudent biex jiddedika ħajtu lil Ġeħova u jitgħammed

4

48-60

Se titgħallem kif tibqaʼ tħobb lil Alla

Għallem lill-istudent kif jagħraf it-tajjeb mill-ħażin u biex isaħħaħ il-ħbiberija tiegħu ma’ Ġeħova