Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Żomm lil Ġeħova f’Moħħok il-Ħin Kollu

Żomm lil Ġeħova f’Moħħok il-Ħin Kollu

Meta jkun diffiċli biex insibu xogħol sekulari, għandna mnejn insibuha iebsa biex inżommu s-Saltna t’Alla u s-sewwa tiegħu l-ewwel f’ħajjitna. Forsi niġu ttantati biex naċċettaw xogħol li jagħmilhielna diffiċli biex naqdu lil Ġeħova jew biex inżommu l-prinċipji Bibliċi. Biss, nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova se juri s-saħħa tiegħu “għan-nom taʼ dawk li qalbhom hi sħiħa lejh.” (2Kr 16:9) Xejn ma jistaʼ jwaqqaf lil Missierna taʼ mħabba milli jgħinna u jipprovdilna dak li jkollna bżonn. (Rum 8:32) Għalhekk, meta nieħdu deċiżjonijiet dwar ix-xogħol għandna nafdaw f’Ġeħova u nżommu ħajjitna ffokata fuq li naqduh.—Sa 16:8.

ARA L-VIDJOW AĦDEM B’RUĦEK KOLLHA GĦAL ĠEĦOVA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Jason għala ma riedx jaċċetta tixħim?

  • Kolossin 3:23 kif japplika għalina?

  • L-eżempju tajjeb taʼ Jason kif affettwa lil Thomas?

  • Ħalli lil Ġeħova jinfluwenzalek id-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet

    Mattew 6:22 kif japplika għalina?