IRSISTI FIL-MINISTERU | ŻID IL-FERĦ TIEGĦEK FIL-MINISTERU
Uża l-Għodod taʼ Riċerka Tagħna
Ġeħova jagħtina l-għodod biex ngħallmu bis-sengħa, bħal vidjows, fuljetti, rivisti, browxers, kotba, u l-għodda prinċipali tagħna, il-Bibbja. (2Ti 3:16) Hu jipprovdi wkoll għodod taʼ riċerka li jistgħu jgħinuna nispjegaw l-Iskrittura. Dawn jinkludu l-Watchtower Library, l-app tal-JW Library®, il-LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa, u l-Gwida għall-Pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova.
Meta tħaffer għal teżori spiritwali permezz tal-għodod disponibbli se tesperjenza l-ferħ. Kun ċert li tgħallem lill-istudenti tiegħek kif jużaw l-għodod. Imbagħad anke huma se jieħdu pjaċir isibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet tagħhom dwar il-Bibbja.
ARA L-VIDJOW ESPERJENZA L-FERĦ TAʼ LI TAGĦMEL DIXXIPLI—AĊĊETTA L-GĦAJNUNA TAʼ ĠEĦOVA —UŻA L-GĦODOD TAʼ RIĊERKA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
-
X’oġġezzjoni qajmet Jade dwar il-ħolqien?
-
Neeta fejn sabet l-informazzjoni dwar is-suġġett?
-
Kif għażlet l-informazzjoni li l-iktar kellha bżonn Jade?
-
L-għodod taʼ riċerka tagħna kif affettwaw lil Neeta?