GĦIX BĦALA KRISTJAN
Sib l-Għerf għall-Ħajja taʼ Kuljum Fuq JW.ORG
Il-Kelma t’Alla tagħtina kulma għandna bżonn biex inkampaw maʼ kull sfida f’dawn l-aħħar jiem diffiċli. (2Ti 3:1, 16, 17) Xorta waħda, kultant ikollna bżonn l-għajnuna biex insibu prinċipji tal-Bibbja li japplikaw għal sitwazzjoni speċifika. Pereżempju, int ġenitur li qed tfittex parir fuq it-trobbija tat-tfal? Int żagħżugħ li l-fidi tiegħek qed tiġi ttestjata? Int armel jew armla li għadek kif tlift lill-maħbub jew maħbuba tiegħek fil-mewt? Int se ssib informazzjoni fuq jw.org li se tgħinek issib prinċipji tal-Bibbja speċifiċi biex jgħinuk f’dawn is-sitwazzjonijiet u ħafna oħrajn.—Pr 2:3-6.
Mill-home page tal-jw.org, mur fuq TAGĦLIM TAL-BIBBJA. (Ara stampa 1.) Agħżel il-kategorija li tinteressak. Jew mur fuq LIBRERIJA > SERJE T’ARTIKLI u l-kategorija li tinteressak. (Ara stampa 2.) Fuq JW Library® se ssib l-istess kategoriji. * Tistaʼ tieħu pjaċir sempliċiment billi tgħaddi l-artikli fuq fuq f’dawn il-postijiet. Tistaʼ wkoll issib suġġett speċifiku billi tuża l-kaxxa tat-tfittxija f’jw.org.
Ikteb is-suġġetti li ġejjin fil-kaxxa tat-tfittxija, u agħmel nota tal-artikli li tixtieq taqra.
-
Trobbija tat-tfal
-
Id-dipressjoni fost iż-żgħażagħ
-
L-uġigħ li ġġib magħha l-mewt
^ L-artikli kollha taʼ ċerti serje t’artikli bħalissa jidhru biss fuq jw.org.