TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA
Agħżel lil Min Se Tiżżewweġ b’Mod Għaqli
Salamun ma użax l-għaqal meta żżewweġ nisa li kienu jqimu allat foloz (1Sl 11:1, 2; w18.07 16 ¶7)
In-nisa taʼ Salamun bil-mod il-mod begħdulu qalbu minn Ġeħova (1Sl 11:3-6; w19.01 15 ¶6)
Ġeħova sar irrabjat għal Salamun (1Sl 11:9, 10; w18.07 17 ¶9)
Il-Kelma t’Alla tagħti l-parir lil Kristjani li għadhom ma żżewġux biex jiżżewġu “biss fil-Mulej.” (1Ko 7:39) Madankollu, jekk xi ħadd hu mgħammed ma jfissirx li hu adattat għaż-żwieġ. Din il-persuna se tgħinek tkompli taqdi lil Ġeħova b’ruħek kollha? Il-persuna wriet imħabba kbira għal Ġeħova matul iż-żmien? Qabel tagħti l-kelma biex tiżżewweġ, ħu l-ħin biex issir tafu jew tafha sew.